Kull tip ta' bidla fl-indirizz li tiġi notifikata permezz ta 'din is-sistema se tkun meqjusa li għarrfet lill-entitajiet kollha tas- Settur Pubbliku li jiġu affettwati minn din il-bidla. L-obbligazzjoni ta' individwu li jgħarraf lill-entitatijiet Pubbliċi bil-bidla fl-indirizz tiġi sodisfatta ġaladarba l-istess bidla tiġi notifikata fis-sistema. Iċ- Change of Address websajt tiġi ssorveljata kontinwament sabiex niggarantixxu servizz il-ħin kollu (24/7). Il-mistoqsijiet li nirċievu mill-formola "Ikkuntattjana" inweġbuhom b'email fi żmien ġurnata. Hemm ukoll linja tat-telefown dedikata għall-għajnuna, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-08.30 u n-12.30 fuq in-numri 21499190/ 21499194. Manual kif tuża l-Portal - Change of Address
|